Saturday, December 21, 2024

Se jolqotna ċiklun? … Ebda indikazzjoni ta’ dan

Aqra wkoll

Siti tat-tbassir tat-temp kemm Maltin u anke Taljani qegħdin jgħidu li fi tmiem il-ġimgħa jista’ jinħoloq ċiklun fil-Mediterran.

Iżda Gordon Grech mis-sit Aġġornament tat-Temp, li hu wieħed mill-aqwa bassara tat-temp fil-gżejjer Maltin jgħid li m’hemm l-ebda indikazzjoni li jaf jinħoloq ċiklun fil-Mediterran.

Grech ikompli jgħid li hu m’għandu l-ebda indikazzjoni ta’ dan li qiegħed jingħad. Fil-fatt hu jibqa’ żomm mat-temp imbassar minnu sigħat ilu fejn għada l-Erbgħa t-temp se jkun ftit imsaħħab b’riħ mix-Xlokk ħafif.

Il-Ħamis ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant b’riħ mix-Xlokk forza 4.

Imbgħad il-Ġimgħa t-temp ikun ftit imsaħħab li jisaħħab ħafna waranofsinhar u bix-xita tard filgħaxija. Dakinhar l-ogħla temperatura tkun 25°C.

Is-Sibt it-temp jibqa’ imsaħħab u bix-xita sa wara tard nofsinhar. Ir-riħ ikun forza 5 mix-Xlokk li jnaqqas sa filgħaxija. Dakinhar ukoll l-ogħla temperatura tkun 25°C.

Il-Ħadd it-temp ikun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant bil-possibilità ta’ xi xita. Ir-riħ ikun forza 3 mil-Lbċi filwaqt li temperatura tkun 24°C.

Ekonomija

Sport