Teżisti possibbiltá li jsir bdil bejn Harry Maguire ta’ Manchester United u Christian Pulisic ta’ Chelsea.
Filwaqt li r-Red Devils iridu lil Pulisic b’self għal dan l-istaġun, Chelsea qed ifittxu difensur ċentrali wara li Leicester baqgħu jinsistu għas-somma ta’ £85 miljuni għal Wesley Fofana.
Min-naħa ta’ Chelsea ma kienu se jċedu lil Pulisic jekk ma jiffirmax kuntratt ta’ sentejn. Min-naħa l-oħra jidher ċar li Maguire se jitlef postu taħt it-tmexxija tal-coach il-ġdid, Erik ten Hag.
Għaldaqstant Chelsea jridu li jsir negozju ta’ tpartit.