Wednesday, February 4, 2026

Se jsir bini u l-iżvilupp ta’ klinika ddedikata għas-servizzi relatati mal-kura tal-kliewi u d-dijaliżi fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex

Aqra wkoll

Fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex ser jitwettaq proġett infrastrutturali ġdid li jinkludi l-bini u l-iżvilupp ta’ klinika ddedikata apposta għas-servizzi relatati mal-kura tal-kliewi u d-dijaliżi.  B’hekk il-pazjenti tal-kura tad-djaliżi li jkollhom bżonn jiġu l-isptar fuq bażi regolari għall-kura ser jagħmlu dan fi klinika aktar moderna u addattata kif ukoll konformi mal-istandards kliniċi u ta’ sigurtà.  Ser inżidu wkoll il-frekwenza tas-servizz ta’ nefrologu għal dawn il-pazjenti. 

Ħabbar dan il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela waqt li kien qiegħed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ian Vassallo.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport