Nhar is-Sibt 7 ta’ Settembru se jiġi organizzat korteo bir-roti mill-Isptar Mater Dei sal-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa.
Dan tħabbar fuq il-midja soċjali, fejn ingħad li l-korteo se jibda fid-9:00 am, bil-parteċipanti jinġabru fil-parkeġġ tal-Università fit-8:30 am.
Bl=għajnuna mill-Pulizija tat-Traffiku u uffiċjali ta’ Transport Malta, il-korteo se jkun qed jgħaddi mill-mini ta’ Santa Venera, mill-Marsa, it-Triq tal-Barrani għal Birżebbuġa.
Jake Vella kien fajjel li seraq il-qlub ta’ bosta li fl-aħħar snin segwew mill-qrib l-istorja tiegħu anke minħabba d-determinazzjoni li kellu biex jegħleb il-kundizzjoni tar-Rapid-onset Obesity with Hypothalamic dysfunction. Din hija kundizzjoni li taffettwa l-aktar lit-tfal u hemm biss madwar 100 każ ikkonfermat madwar id-dinja.