Il-midfielder internazzjonali Spanjol ta’ Manchester City, Rodri, stqarr li teżisti possibbiltá kbira li fil-futur qrib il-players joħorġu fuq strajk minħabba l-iffullar u l-konġestjoni tal-fixtures.
Fl-istaġun li għadda, dan il-player ta’ 28 sena, lagħab 50 partita għas-Citizens fejn, fix-xahar ta’ April talab lill-manager, Pep Guardiola, biex iserrħu minħabba li kien maħkum minn għejja kbira.
Wara li sema’ lill-goalkeeper Brażiljan ta’ Liverpool, Alisson Becker, jilmenta dwar il-konġestjoni tal-fixtures waqt konferenza stampa tal-UEFA Champions League, huwa ammetta li l-players qed jitkellmu ma’ xulxin biex jipprotestaw kontra l-awtoritajiet tal-football.