Tuesday, November 26, 2024

“Se mmut għal PSG” – Sergio Ramos

Aqra wkoll

Sergio Ramos qal li lest ipoġġi kollox fuq il-linja għal Paris St-Germain meta t-team Franċiż jiffaċċja lil Real Madrid fir-round tal-Aħħar 16 taċ-Champions League.

Id-difensur ċentrali Spanjol ġie mistoqsi dwar l-emozzjonijiet tiegħu meta telgħu mal-eks club tiegħu fl-Ewropa, u ma ħalla l-ebda dubju dwar il-lealtà tiegħu.

Ramos irnexxielu jilgħab biss f’partita waħda din is-sena għal PSG fost injuries muskolari fit-tul, iżda jittama li jkun disponibbli fir-rebbiegħa għall-konfront ewlieni meta jiftaħ l-istadju tan-knock-out.

Inizjalment il-Pariġini ttellgħu kontra Real Madrid, iżda wara li t-tlugħ reġa’ sar minħabba żbalji elettroniċi, PSG ingħataw lit-team Spanjol f’dik li se tkun bidla emozzjonali għal Ramos.

“Int taf l-affezzjoni u l-imħabba li għandi lejn Real Madrid,” qal Ramos. “Issa jmiss lili niddefendi lil PSG u nagħmel dak kollu possibbli biex nagħmel dan. Huwa t-team li wera fiduċja fija. Se mmut għal PSG. Jien xtaqt li ma jkollix dak il-konfront kontra Real Madrid, iżda r-ritorn lejn Santiago Bernabeu huwa kawża ta’ ferħ għax ma setax ikolli addio reali minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.”

Id-difensur ta’ 35 sena kien ikona għall-Madrileni, madankollu l-kuntratt tiegħu skada f’Ġunju li għadda u ma setax ikun hemm qbil dwar estensjoni.

Preċedentement Ramos stqarr li xtaq jirritorna ma’ Real Madrid, iżda l-club offrielu biss estensjoni ta’ sena u x-xewqa tiegħu kienet li jiffirma kuntratt ta’ sentejn.

L-eks internazzjonali ta’ Spanja żvela wkoll li huwa esperperjenza “ħafna sigħat ta’ dlam u solitudni” fil-bidu taż-żmien tiegħu f’Paris St-Germain hekk kif injury fil-pexxul żammitu milli jidher f’partita sat-28 ta’ Novembru. Minn dakinhar huwa reġa’ spiċċa bi problemi muskolari bl-istatus tiegħu jiffaċċja futur inċert.

“Kienet diffiċli ħafna, differenti minn dak li esperjenzajt fil-karriera tiegħi,” huwa qal. “L-injuries rari kienu bħal din. Li terġa’ tħossok bħala player hija l-iktar ħaġa importanti.

“Ħafna sigħat ta’ dlam, solitudni, iżda għenitni negħleb l-isfidi. Għenitni nkun naf min tassew kien hemm u min ma kienx. Ramos se jkun hemm għal xi żmien. Il-familja diġà addattat tajjeb. Nitbissem għal darb’oħra u naħseb biex nerġa’ nikkompeti.”

Sport