Friday, July 25, 2025

‘Se nagħmel minn kollox biex dan il-klabb tant b’saħħtu ikun lura fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti’ – Aaron Sammut Steer

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

L-imħabba tiegħi lejn il-futbol bdiet minn etá żgħira ta’ tliet snin. Minn dejjem kont inħobb nilgħab bil- ballun. Il-passjoni tiegħi lejn il-futbol għalija kienet ġo fija mit-twelid nista’ ngħid!

Ħa mmur mal-ewwel għall-punt. Kif qed tħares lejn l-esperjenza ġdida tiegħek ma’ Lija Athletic FC?

Qed inħares lejn din l-esperjenza bħal dejjem b’kuraġġ u determinazzjoni għat-tim. Se nagħmel minn kollox biex dan il-klabb tant b’saħħtu ikun lura fl-ogħla diviżjoni u biex ngħinu fit-tajjeb u fil-ħazin li dejjem baqa’ go qalbi bħalma kont qabel! 

Iddeskrivi l-esperjenza passata tiegħek ta’ tliet staġuni ma’ Vittoriosa Stars FC, fejn int kont ukoll viċi-captain u anke captain tat-tim.

L-esperjenza tiegħi ma’ dan il-klabb kienet waħda speċjali. Dejjem agħmlu minn kollox biex inkun kuntent u għal qalbi u rajt minn kollox biex naħdem għal dan il-klabb. Mort mal-klabb tal-Birgu tliet snin ilu fejn ġejna relegati peró qalbi baqgħet temmen li f’dak il mument ħażin ngħin lill-klabb jerġa’ jqum għall-briju li dejjem kien ħaqqu.

Bħala viċi-captain tat-tim dejjem rajt kif għamilt biex nagħti kuraġġ u energija lit-tim li dejjem kellu bżonn fit-tajjeb u fil-ħażin. Il-klabb tal-Birgu għalija u wieħed speċjali fejn se jibqa’ għal qalbi għal dejjem!

X’tikkummenta fuq il-livell tal-futbol Malti fil-preżent?

Il-futbol Malti llum il-ġurnata għola fil-livell f’kull diviżjoni u dejjem hemm kompetizzjoni. Dan il-livell inkunu iktar nistagħu nieħdu pjaċir għax dejjem tkun qed tilgħab f’livelli għoljin u b’saħħithom. 

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Bħala riżorsi tal-grawnds, l-MFA qed jagħmlu minn kollox biex ikunu aħjar, billi jibdlu l- wiċċ tal-grawnds sabiex ikun hemm inqas injuries u nieħdu pjaċir nilagħbu.

Kif qed tħares lejn il-futur aktar imbiegħed tiegħek fil-futbol?

Fil-futur tiegħi fil-futbol nibqa’ nħares b’deternimazzjoni u passjoni kbira u li nibqa’ naħdem u nistinka biex nirbaħ iktar unuri u suċċessi għalija! 

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Nixtieq billi nispiċċa billi ngħaddi dan il-messaġġ lil kull min irid ikollu suċċess fil-futbol. Fil-karriera dejjjem trid taħdem għas-suċċess li tkun trid u dejjem ma taqtax qalbek fit- tajjeb u fil-ħażin, trid tibqa’ pożittiv ħalli dejjem tirnexxi fil-karriera tiegħek tal-futbol! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport