Saturday, December 21, 2024

“Se naħdmu biex nassiguraw li b’mod immedjat naslu għal ftehim”

- Il-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima

Aqra wkoll

“Nemmnu li l-edukaturi għandhom rwol importanti fl-iżvilupp sħiħ tat-tfal. L-edukaturi ħaqqhom rikonoxximent tax-xogħol li qegħdin jagħmlu. Dan ir-rikonoxximent se jkun rifless f’pakkett finanzjarju mtejjeb. Pakkett finanzjarju li joffri stabbiltà u li se jara qabża sostanzjali minn dak li hemm illum.”

Iddikjara dan il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima meta fil-Parlament kienu qed jiġu diskussi l-estimi tal-Budget 2024 għal dan il-Ministeru.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Grima enfasizza li l-Gvern se jkompli jaħdem sabiex jassigura li b’mod immedjat jinlaħaq ftehim li fl-aħħar mill-aħħar se jibbenefikaw minnu l-edukaturi.

“Dawk madwar il-mejda għandhom rieda tajba biex naslu. Flimkien, pass meqjus, sostenibbli naraw li jkun hemm qabża anke fil-kwalità, b’żieda sostanzjali f’dan il-perkors partikolari,” tenna l-Ministru għall-Edukazzjoni.

Ekonomija

Sport