Fi tmiem il-laqgħa ta’ l-OSCE għaqdiet non governattivi, kien hemm sens ta’ sodisfazzjon minn dawk preżenti dwar l-eżitu ta’ dak li ħareġ minn dik il-konferenza. Filfatt, fatt mill-aktar pożittiv li ħareġ kien dak tal-importanza tat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili.
Din it-tema filfatt tkellmet fuqha il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Finlandiża, Elina Valtonen u dan hekk kif minn Jannar, il-Finlandja se jkollha l-Presidenza tal-OSCE. Hi ddikjarat li “l-Finlandja se tkun qiegħda ssaħħaħ il-kuntatt mas-soċjetà ċivili waqt li hi se jkollha l-Presidenza tal-OSCE.” Hi ddikjarat li l-laqgħa li sarei f’Malta għall-għaqdiet non governattivi kienet opportunità tajba biex jaħdmu fuq dan il-għan.”
Irid jingħad li Malta bdiet 12-il xahar ta’ Presidenza tal-OSCE f’Jannar, bit-tema Insaħħu r-Reżiljenza, Intejbu s-Sigurtà, wara li ġiet eletta unanimament biex tmexxi din l-Organizzazzjoni għall-ewwel darba fl-istorja tagħha, f’Novembru tal-2023.