Sunday, November 24, 2024

Se nħallsu qares għall-ftit xita li niżlet?

Aqra wkoll

Mill-Ħadd filgħaxija ‘l barra mill-gżejjer Maltin bdiet tiżviluppa pressjoni baxxa li fiha kien hemm diversi maltempati. Il-gżejjer tagħna ħadu ftit minn dak il-maltemp, fejn issa s-sitwazzjoni se tkun qiegħda titjieb għada l-Erbgħa.

Il-mistoqsija hija… Se nkunu qegħdin inħallsu qares għax-xita li niżlet? Jidher li r-risposta hija iva hekk kif il-livell tal-umidità se jkun għoli ħafna madwar il-pajjiż matul il-ġimgħa d-dieħla.

Is-sit Maltese Islands Weather qiegħed jirrapporta li “l-arja madwar il-gżejjer se tinħass bħal dik f’sauna fil-jiem li ġejjin, partikolarment hekk kif it-temperatura għandha tirkupra sa tmiem il-ġimgħa.

“Dan minħabba li x-xemx, li se terġa’ tirritorna bi sħiħ minn nhar il-Erbgħa, se tkun qed tevapora l-ilma tax-xita mill-ħamrija u l-veġetazzjoni. Livelli għoljin tal-umdità jagħmlu l-arja tinħass aktar skomda minn kemm verament tkun, speċjalment billejl! Filfatt, l-aħħar ġimgħa ta’ Awwissu u Settembru kollu huma magħrufa għal umdità intensa li jġibu magħhom.”

Sport