Se nibqa’ għaddej b’rieda sħiħa, determinat li nkompli naqdi d-dmirijiet tiegħi għan-nazzjon. Iddikjara dan il-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, hekk kif irrimarka li ġie infurmat li l-eks Ministru tal-Artijiet Jason Azzopardi fetaħ attakk fuq il-familja tiegħu u fuqu u għamel rikors għal inkjesta maġisterjali lejliet l-Ewwel tas-Sena kontra tiegħu fuq xogħol relatat ma’ din l-istess awtorità.
Il-Ministru Schembri ċaħad kategorikament dawn l-insinwazzjonijiet reċiklati li diġà weġieb għalihom u li ma għandu l-ebda problema li jerġa’ jweġibhom. Ql ukoll; “Madankollu, huwa ċar li dan huwa parti minn strateġija kkoordinata minn klikka ta’ nies li l-uniku għan tagħhom huwa li jfixklu u jiddistabilizzaw il-ħidma ta’ dan il-Gvern”.
Enfasizza kif matul dawn l-aħħar 20 sena ta’ servizz politiku, dejjem għamel ħiltu kollha biex jagħti l-mija fil-mija tiegħu għall-ġid u l-iżvilupp ta’ pajjiżna. Qal li dan mhux se jinbidel, anke quddiem dawn l-attakki malinni fil-konfront tal-familja tiegħu u tiegħu u li għandhom skop wieħed biss: li jwaqqgħu lil Gvern Laburista elett b’mod demokratiku mill-poplu.