Saturday, February 8, 2025

“Se nibqa’ ngħożż il-mumenti tant sbieħ”- Marica Cassar ssellem il-memorјa ta’ Dun Victor

Aqra wkoll

“U issa li tajnik l-aħħar tislima għażiż tagħna Dun Victor, nesprimi kemm se tħalli vojt … imma nibqa’ ngħożż il-mumenti tant sbieħ”

Dan kin il-messaġġ li wasslet Marica Cassar fi ħdan il-Caritas. Cassar irrimarkat li impossibli li tgħodd f’dawn l-aħħar 11-il sena kemm il-darba kienet ċċempillu u tiġi tkellmu biex timtela  bl-enerġija.

Marica qalet ukoll: ” L-imħabba f’għajnejk u f’dik it-tgħanniqa b’saħħitha… Dejjem kont issajjar kafe’ ferm tajjeb, titfa’ ftit pastizzi l-forn, u naqra ħelu tal-lewz… u bi tbissima kbira fuq wiċċek tgħidli “kul, isa għadhom sħan”.

Enfasizzat li llum is-soċјeta sellmet lil Dun Victor u għednielu  GRAZZI. Qalet li għalkemm mhux se narawh iktar, imma żgur se јibqa’ magħna fil-ħidma tal-Caritas biex ikomplu dan il-legat tant b’saħħtu li int ħalla.

Tenniet il-messaġġ tagħha billi rringrazzјat lil Gvern Malti li għoġbu jagħti tislima nazzjonali ferm xierqa lil dan l-ikona bl-organizzazzjoni ta’ funeral mogħti mill-Istat

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport