Sunday, December 22, 2024

“Se nkomplu niġġieldu biex nilliberaw sal-inqas ċentimetru tal-art Ukrena”

Aqra wkoll

“Se nkomplu niġġieldu biex nilliberaw sal-inqas ċentimetru tal-art Ukren.” Dan kien il-messaġġ ewlieni li sar waqt il-mixja li saret waranofsinhar minn San Ġiljan sa Tas-Sliema, liema mixja kienet organizzata mill-Fondazzjoni għal Komunità Ukrena f’Malta.

Il-Fondazzjoni llum fakkret it-tieni sena anniversarju mill-invażżjoni Russa fejn sal-lum din l-invażjoni għadha għaddejja. Fakkret ukoll l-għaxar snin anniversarju minn meta r-Russja bdiet il-gwerra fuq l-Ukrenja.

Kien fi Frar tal-2014 meta l-Federazzjoni Russa mexxija mill-President Putin bdiet gwerra fuq l-Ukranja fejn ħadet taħt il-kontroll tagħha l-Krimea kif ukoll partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk.

Imbgħad eżatt bħal lum sentejn bdiet invażjoni sħiħa biex ir-Russja tieħu taħt il-kontroll tagħha l-Ukranja kollha. Il-Fondazzjoni Ukrena f’Malta tgħid li bil-militar u bl-armi, ir-Russja qiegħda tipprova teqred għal kollox l-istorja u l-Identità Ukrena.

Skont il-Human Rights Monitoring Mission tal-Ġnus Magħquda s’issa nqatlu aktar minn 10,000 persuna ċivili u aktar minn 20,000 persuna oħrajn spiċċaw midrubin. Ma’ dawn wieħed irid iżid aktar minn 20,000 persuna oħra fosthom tfal li ġew maħtufa mill-forzi Russi u deportati lejn Moska u żoni oħrajn fir-Russja.

Ekonomija

Sport