Saturday, November 16, 2024

“Se nkun l-ewwel wieħed li nara li l-moviment li bnejna flimkien jibqa’ b’saħħtu u jibqa’ mixi ‘l quddiem” – Joseph Muscat

Aqra wkoll

“It-tfittxija li xi ħadd ordna fuqi, saħansitra kienet titlob li jkunu mfittxija l-basktijiet tal-iskola ta’ uliedi, sabu biss kotba.” Hekk saħaq l-eks-Prim Ministru ta’ Malta u eks-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat f’messaġġ li għal darba oħra huwa tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook. Huwa kien qiegħed jitkellem dwar it-tfittxija li saret fir-residenza privata tiegħu mill-pulizija il-ġimgħa li għaddiet fi-7:00 a.m.

L-eks-Prim Ministru Joseph Muscat semma’ kif huwa sar jaf ukoll li waqt it-tfittxija, kantuniera ‘l bogħod mir-residenza privata ta’ Joseph Muscat kien hemm Robert Aquilina, ħu d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina u l-moħħ wara Repubblika. Muscat irrefera dwar kif Robert Aquilina u Jason Azzopardi kienu bħal donnhom jafu li se tkun qiegħda ssir din it-tfittxija fil-konfront ta’ Joseph Muscat.

Quddiem dan, Muscat qal li hu ma jridx ikun ittrattat aħjar minn ħaddieħor, iżda stqarr li “ma rridx inkun ittrattat agħar minn ħaddieħor.” Huwa semma’ il-każ tar-Russa Maria Efimova, fejn il-Maġistrat issospenda l-kawża b’mod indefinit wara li ma sar ebda avvanz fil-mandat ta’ arrest Ewropew.

Kompla jgħid li fid-dawl ta’ dan kollu, il-pubbliku jibda jitlef il-fiduċja fl-istituzzjonijiet meta f’sitwazzjonijiet simili, il-persuni jkunu ttrattati b’od differenti.

L-eks-Prim Ministru qal li x-xogħlijiet li għamel u li għalih skattat din l-inkjesta, huwa tħallas b’mod ġust u għal dan “ħallast it-taxxa.”

Huwa kkonkluda jgħid li hu “se nkun l-ewwel wieħed li nara li l-moviment li bnejna flimkien jibqa’ b’saħħtu u jibqa’ mixi ‘l quddiem.”

Ekonomija

Sport