Monday, December 23, 2024

“Se nkun qed naħdem fuq l-adekwatezza tal-pagi”

- Intervista mal-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Jesmond Bonello

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Waħda mill-affarjiet li beħsiebni nagħmel fl-Unjoni Ewropea, hi li nittratta numru ta’ affarijiet. Jiena nemmen li fl-UE kulħadd qed jitkellem fuq l-kompetenza u s-sostennibilità imma ftit li xejn qed jitkellmu fuq il-bżonn li l-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tajbin, li l-pensjonanti jkollhom għajxien edekwat. F’dak li nemmen jiena apparti li nitkellmu fuq sostennibiltá, irridu nibdew nitkellmu fuq adekwatezza tal-pagi, adekwatezza tal-pensjonijiet u nagħmlu tikka żgħira bidla. Dan mhux se jkun faċli imma jiena qatt ma rajt id-dinja faċli. Waħda mill-kwistjonijiet li hemm fuq il-prekarjat, hija “paga ugwali għal xogħol ugwali”- fl-UE id-direttiva tagħha, hija stretta ħafna. Irrid ngħid li l-unjins li jien kont konxju tagħhom, qatt ma sabu sapport. Jiena nittama li nista’ nkun f’pożzzjoni għax ikun il-pont ta’ dawn il-unjins u l-ħaddiema”. 

Dan iddikjarah Jesmond Bonello, kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, f’intevista li kellu ma’ daniis-sit, fejn irrimaka li hemm bżonn li jiġu indirizzati ċertu affarijiet. Huwa qal li jrid imur jara x’inhi l-adekwateza tal-paga minima.  Hawn Bonello kompla jispjega; “Imbagħad hemm kunċetti oħrajn, fosthom il-fatt li d-dinja qed tinbidel u tevolvi. Fil-passat bdejt nitkellem fuq is-sħubija mandatorja ft-trejdunjin. Jiena wkoll se naħdem fuq dak il-kunċett li jkun hemm sħubija mandatorja għall-ħaddiema kollha, sabiex dawn ikollhom rappreżentanza xierqa”. 

Meta stqasejnih jekk tinkwetahx il-fatt li hawn iktar minn 30 fil-mija li għadhom indeċiżi fuq il-vot, il-kandidtat qalilna li jista’ jkun li għadu ftit żgħira kmieni biex in-nies joħrorġu jgħidu li se jivvutaw u lil min se jivvutaw. B’referenza għall-Unjoni Ewropea, huwa qal li hawn tendenza li fl-Unjoni Ewropea  meta jkun hemm elezzjonijiet Ewropej ma tantx imorru biex jivvutaw. Dan għax, sfortunatament kemm hawn Malta, kif ukoll barra minn Malta, hemm distakk kbir bejn dak li jiġri f’Malta, għal dak li jiġi deċiż fl-Unjoni Ewropea. Kompla jgħid li jiġifieri is-sitwazzzjoni hija ferm differenti imma għal xi raġuni l-Unjoni Ewropea, qatt ma turi u twassal il-messaġġ tagħha lejn iċ-ċittadin Ewropew. 

Dwar il-votanti, elenka; “Qed ngħid dan,mhux għal Malta biss, imma għal diversi pajjiżi. Jekk tara meta jkun hemm l-elezzjonijiet tal-MEPs, fl-Unjoni Ewropea dejjem ikollok sitwazzjoni fejn ikun hemm nies li ma jmorrux jivvutaw. Ikun hawn min ikun diżilluż minn ċertu affarijiet, ikun hawn min jippretendii iktar affarijiet u jista’ jkun forsi li jkun hemm min jgħid li bil-vot tiegħu jew le, il-messaġġ xorta se jasal.

Il-punt huwa kif aħna se nwasslu lil dawk l-40% biex joħorġu jivvutaw u għalfejn għandhom imorru jivvutaw. Inti ma tmurx biss tivvota sempliċiment għax  inti temmen fil-partit u mhux fil-partit l-ieħor. Inti tmur tivvota hemmhekk biex inti tiddeċiedi li jkollok persuna li fil-verità jirrappreżentak bl-aħjar mod fl-Unjoni Ewropea, kemm minħabba l-kapaċitajiet tiegħu u l-iktar li jkollok simpatija lejh”.

Irrimarka li jekk in-nies ma jmorrux jivvutaw, xorta se jkun hemm nies eletti u li wieħed irid jara l-livell tas-sitt minn nies li se jmorru hemmmhekk u jgħinuk dwar dak li jiġri fl-Unjoni Ewropea, versus Malta. Huwa qal li qal hekk, minħabba li  ħafna drabi meta jittieħdu deċiżjonijiet fl-Unjoni Ewropea, mhux qed jagħtu attenzjoni għal fatt li aħna gżira żgħira, li lanqas għandna links diretti ma’ artijiet oħra. 

Bonello qal ukoll; “Il-kunċetti li joħorġu mill-Unjoni Ewropea, mhux bilfors jaffettwaw lilna b’mod pożittiv. Hemmhekk hemm bżonn vuċi soda li tirrapreżenta liil Maltin. Jien nemmen li kull persuna għandu l-opportunitá b’din il-votazzjoni li jagħmel id-differenza, issa tista’ tkun jew naħa, jew naħa oħra, l-importanti li lil min tagħżel ikunu nies li jemmnu f’Malta u fl-avvanzi li għandna bżonn għal pajjiżna. Għalxiex qed ngħid hekk?

Għax ‘lquddiem se jkollna sfidi kbar, bħal ma diġa għandna l-isfida fuq il-paċi, imma se jkollna sfidi oħrajn, fosthom il-kunċett tat-tibdil fil-klima. Eżempju jekk tittieħed deċiżjoni fl-Unjoni Ewropea, li jaqtgħu s-sussidju tad-dawl u l-ilma, dan jaffettwa lin-nies”.

Dwar il-politika nnifisha u bħala persuna li issa huwa kandidat,  enfasizza li minkejja li daħal fil-politika issa, sfortunatament poġġew tabelli fuqu mingħajr in-nies ma kienu jafuh u saħansitra qalulu li hu ġaħan  u li qed jagħmel hekk għax huwa mixtri minn xi ħadd. 

“Jiena dawn in-nies lanqas biss jafuni, ma jafux il-valuri tiegħi. Il-valuri tal-bniedem ma jinbidlux,  jekk inti dħalt għall-politika jew le, imma l-valuri jibqgħu hemmhekk. Din iż-żerriegħa li qed tinżera’, minn Partit partikolari qed tagħmel ħsara lill-politika. Inti għandek sitwazzjoni, fejn in-nies iħarsu lejn il-politika, b’mod negattiv u għandek sitwazzjoni wkoll, fejn nies li jitħajjru jidħlu għall-politika dejjem qed jonqsu u mhux qed jonqsufil-Partit Laburista biss, qed jonqsu fil-partiti kollha.

Jekk fil-verità aħna nemmnu fil-politiku, u l-politika hija li tkun hemm għan-nies. Issa jekk inti jkollok nies mhux validi, għax jiena persuna li f’daqqa waħda minn dik valida, għal ċertu nies, spiċċajt b’numru ta’ tikketti. Kif se tħajjar nies bħali sabiex jidħlu għall-politika jekk dak il-kunċett negattiv se jibqa’ hemm fil-politika?”

Huwa kien mistoqsi wkoll dwar il-Partit Nazzjonalista u iddikjara li huwa qatt ma kien fil-PN, iżda li kien il-president fil-UĦM u li dejjem emmen f’unjin indipendenti. Qal ukoll li dejjem emmen li jkollu lil min ikollu quddiemu, huwa qiegħed hemm biex jgħin lill-ħaddiem. Ammetta u qal li huwa vera li l-UĦM hija marbuta mal-PN, imma l-prinċipji jibqgħu dejjem l-istess.

Spejga li jekk inti għandek il-General Workers Union, il-UĦM il-prinċipji huma li tgħin lill-persuni l-aktar li għandhom bżonn; in-nies vulnerabbli, il-ħaddiema, il-pensjonanti u l-familji tagħhom. Għal dak il-kunċett, qatt ma jinbidel. Issa l-mod ta’ kif tagħmlu, huwa differenti.

“Jien żgur mhux forsi li qatt ma ħallejt l-ebda politiku jindaħalli fix-xogħol tiegħi, meta kont fit-trejdunjin. Jien min-naħa tiegħi, jekk nara lilek u lil xi ħadd ieħor, jien nistmakom l-istess u fl-aħħar mill-aħħar nara li jkollkom l-aħjar pakkett għalikom u għall-familji tagħkom. Il-fatt li llum. qiegħed fil-Partit Laburista, il-valuri tiegħu baqgħu l-istess. L-unika ħaġa li għandi f’dan il-partit, huwa li l-valuri tiegħu ħa jissaħħu iktar. Dan għax l-istess kunċetti li nemmen fihom jien, qegħdin fil-PL.

Dawn jinkludu s-solidarjetà, għajnuna lill-vulnerabbli, tingħata l-għajnuna meħtieġa lill-ħaddiema u li jiġu salvagwardjati l-pensjonanti. Ma naħsibx li hemm differenzi bejn Jesmond qabel u Jesmond issa. L-uniku ħaġa differenti hija li qiegħed f’qafas ta’ partit li jemmen l-istess kunċetti tiegħi.

Din hija esperjenza ġdida għax kulma ilni minn Ottubru u l-isbaħ parti lirajt minnha sa issa, hi li tiltaqa’ man-nies, li dawn jaqsmu l-isfidi li għandhom, jasmu miegħek l-affarijiet pożittivi tal-ħajja. Il-fatt li nista’ nkun ta’ għajnuna għal ċertu nies, huwa ta’ sodisfazzjon u ta’ pjaċir kbir għalija”

Ma’ dan is-sit, il-Kandidat qalilna li jemmen fis-soċjal wiesgħa, li apparti l-ħaddiema u pensjonanti, jara numru ta’ kunċetti tal-minoranzi, fosthom persuni b’diżabilitá. Hawnhekk qalilna li trid issir iktar ħidma sabiex dawn l-individwi, li żgur mhux forsi jagħmlu parti mis-soċjetá tagħna, ikollhom aktar aċċessibilità.

Saħaq li għandu jkun hemm anke direttivi lill-kumpaniji u employers biex tingħata iktar aċċessibilta. “Jien ma nemminx illi aċċessibilita’ ta’ persuna hija sempliċi daqs kemm tagħti aċċess għal bankina. Jiena nemmen li persuna b’diżabilitá għandu kapaċitajiet biex jidħlu iktar nies u dawn se jwasslu biex ikollhom karrieri varji”.

Fost it-temi li ġew diskussi waqt l-intervista, iddiskutejna t-tema tal-għoli tal-ħajja. Jesmond qalilna li kemm il-darba konna jiddiskuti dwar il-mekkaniżmu tal-għoli tal-ħajja u ovvjament għalkemm tieħu l-pagament, qatt ma hu biżżejjed. Dwar iċ-ċekk ta’ mitt ewro li jiġi mogħti lil kull ċittadin, Bonello qal li jekk jiġi mistoqsi jekk mitt ewro hux biżżejjed, huwa qal li kieku jgħidilhom li lanqas mitejn jew tlett mitt Ewro ma huma biżżejjed. Kompla jispjega; “Irrid ngħid ukoll li dan iċ-ċekk ta’ ħlas addizzjonali huwa xi ħaġa li l-gvern ħareġ minn jeddu. Nemmen li t-triq ‘lquddiem hi li naraw kunċetti ġodda tal-paga minima, irridu naraw il-livell ta’ għejxien diċenti u x’hemm bżonn li jsir.

Irridu nagħmlu studju sewwa ta’ hawn Malta x’inhu l-livell ta’ għejxien li jgħinek biex tara il-livell ta’ għajxien differenti. Irid ikun hemm diskussjoni b’saħħitha mal-MCESD u mal-imseħba soċjali kollha. u naraw kif nistgħu ndaħħlu dan il-piż. Dan il-piż ma għandux jitpoġġa fuq il-ħaddiema. Minbarra li niffukaw fuq l-ekonomija, għandna bżonn naraw li n-nies jkollhom livell ta’ għajxien differenti”. 

Temm jgħid; “l-għan tiegħi se jkun hu li ma nkunx Brussell iżda nkun Malta imma naħdem Brussell. X’inhi d-differenza? Inkun Malta fis-sens li jien irrid inkun qrb iċ-ċittadini, qrib l-imsieħba soċjali sabiex nifhem x’inhuma l-bżonnijiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Imbagħad meta mmur hemmhekk, ma nkunx ir-riflessjoni ta’ Jesmond biss, imma trid tkun ir-riflessjoni ta’ Jesmond u r-riflessjonijet tal-Maltin ul-Għawdxin. Jien min-naħa tiegħi ħa nkun qiegħed hemmhekk, nara l-isfidi  li hemm hemmhekk u nirrifletti n-nies xi jkunu jridu fl-Unjoni Ewropea”.

Ekonomija

Sport