Tuesday, December 24, 2024

Se sservi aktar bħala ċentru ta’ akkomodazzjoni għall-immigranti

IL-BINJA TAL-AWAS FIL-MARSA…

Aqra wkoll

“Il-komunità Marsija refgħet piż sproporzjonat matul is-snin u dan il-Gvern impenjat li s-sitwazzjoni tinbidel. Għalaqna dan iċ-ċentru mingħajr ma poġġejna piżijiet fuq irħula oħra fil-pajjiż. Ħadna numru ta’ snin biex dan seħħ iżda ridna nkunu ċerti li nagħmlu dan mingħajr ma jiġu affettwati s-servizzi li toffri l-AWAS”. Qal dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, Byron Camilleri, meta kien qiegħed iżur dan il-binja, l-eks skola Dun Ġwann Mamo fil-Marsa. Hawn il-Ministru Camilleri ħabbar din il-binjamhux se sservi aktar bħala ċentru ta’ akkomodazzjojni għall-immigranti, miżura oħra mwettqa mill-programm elettorali tal-Gvern.

Fil-fatt, fl-aħħar xhur beda wkoll xogħol fuq din il-binja ħalli minflok, tibda tintuża għal skopijiet amministrattivi u ssir parti mill-pjanijiet ta’ riġenerazzjoni fiż-żona. Il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol għandu l-ħsieb li l-faċilitajiet sportivi u spazji oħra fuq l-istess sit jintużaw mill-komunità tal-Marsa u jiġu amministrati mill-Kunsill Lokali tal-Marsa. Dan se jseħħ wara li fl-aħħar xhur il-Kunsill Lokali ngħata aċċess għal dan il-post u beda jorganizza attivitajiet fih. 

Miżuri li wasslu għal differenza bil-provi fil-komunitajiet tagħna

Il-Ministru Camilleri fakkar f’numru ta’ deċiżjonijiet li ħa l-Gvern biex ikun jista’ jindirizza l-fenomenu tal-immigrazzjoni irregolari u r-riżultat li nkiseb fl-2023 fejn aktar immigranti irregolari ħallew pajjiżna milli waslu. 

Filwaqt li l-awtoritajiet Maltin jibqgħu dejjem preparati għal kull eventwalità, id-deċiżjonijiet li ttieħdu qegħdin iħallu differenza bil-provi fil-komunitajiet tagħna. Il-Ministru Camilleri għamel referenza għat-tnaqqis fil-wasliet, il-ħidma li saret biex il-proċess tal-ażil isir wieħed aktar effiċjenti u l-enfasi li qiegħda ssir fuq ir-ritorn ta’ immigranti irregolari. 

Matul iż-żjara tiegħu l-Ministru Byron Camilleri kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv tal-AWAS Clayton Xuereb. Huwa rringrazzja lit-tmexxija u l-ħaddiema kollha tal-AWAS, filwaqt li faħħar l-impenn u l-ħidma tagħhom biex jassistu nies bi sfidi varji f’kull ċirkostanza.

Ekonomija

Sport