Nhar is-Sibt 25 ta’ Novembru f’Ħal Tarxien se ssir it-tielet edizzjoni ta’ Sweet Festival, liema festival issa daħal sew fil-kalendarju kulturali.
Ilf-estival se jkun qiegħed isir bejn 6.00pm u 11.30pm fi Triq Santa Marija u fit-toroq tal-madwar. F’din l-attività wieħed se jkun qiegħed jara ż-żona tinbidel f’Renju tal-Ħelu fejn se jiġu ppreżentati diversi deżerti u anke se jkun hemm postijiet minn fejn wieħed jixtri l-ħelu. Ma jistax jonqos li f’din l-attività jkun hemm stands b’ħelu tradizzjonali.
Se jkun hemm attività għaddejja tul is-serata kollha, iżda mid-9.30pm il quddiem se jkun hemm il-Versatile Band li se toffri spettaklu lil pubbliku.
Din l-attività qed tiġi organizzata mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien bil-kollaborazzjoni tar-Reġjun Port, mis-Segretarjat tal-Gvern Lokali u anke mill-MTA.