Monday, May 19, 2025

Se tiġi organizzata r-raba’ edizzjoni tal-MFCA Awards

Aqra wkoll

Il-Malta Football Coaches Association se torganizza r-raba’ edizzjoni tal-MFCA Awards, serata fejn se jiġu ppremjati l-aħjar coaches għall-istaġun 2024/25.

Aktar dettalji ngħataw f’konferenza stampa fejn tkellmu l-president Lawrence Aquilina, il-viċi-president Manuel Micallef u t-teżorier Kevin Aquilina.

Aquilina ħabbar li għal din is-serata se jiżdiedlu l-unuri li qed jiġu mogħtija fejn fost l-oħrajn se jiġu ppremjati coaches li jmexxu timijiet ta’ taħt il-15-il sena, taħt is-17-il sena, youths, nisa u goalkeepers.

Barra minn hekk se jingħataw ukoll l-unuri tal-aqwa coaches fil-Gozo Football League, fl-Amateur League, Challenge League u t-360 Sports Malta Premier filwaqt li unur tassew speċjali hu dak tal-President’s Award. Se jingħataw ukoll unuri oħra fosthom it-tim tas-sena u l-aqwa plejer maskili u femminili.

L-MFCA Awards se jsiru f’lukanda ewlenija f’Tas-Sliema u tibda fis-7.30pm.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport