Saturday, December 21, 2024

Se tiġi rtirata ċ-ċittadinanza Maltija ta’ persuna ssanzjonata mill-Amerika

Aqra wkoll

Il-Gvern Malti beda proċess ta’ privazzjoni ta’ persuna li tinstab fuq il-lista tas-sanzjonijiet ippubblikati mill-United States Office of Foreign Assets Control (OFAC) involving Maltese Legal and Natural Persons. Dan il-proċess se jwassal biex tiġi revokata ċ-ċittadinanza Maltija tal-imsemmija peruna.

Stqarrija tal-Gvern qalet li l-proċess inbeda mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, bħala l-ministru responsabbli għal materji li għandhom x’jaqsmu maċ-ċittadinanza Maltija.

Dan qed isir skont it-termini marbuta mad-dispożizzjonijiet tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija u l-Liġi Sussidjarja rispettiva, kif dawn jipprovdu li l-ministru responsabbli jista’ jippriva persuni li jkunu ġew reġistrati jew naturalizzati b’ċittadinanza Maltija f’dawk iċ-ċirkostanzi stabbiliti bl-istess dispożizzjonijiet legali.

Ekonomija

Sport