Friday, November 15, 2024

Se tkun diffiċli għal Mason Greenwood biex imur jilgħab fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Mason Greenwood, li f’dawn l-aħħar xhur kien fl-aħbarijiet minħabba vjolenza domestika, se jħalli lil Manchester United bi ftehim reċiproku wara investigazzjoni interna ta’ sitt xhur dwar l-imġieba tiegħu.

Fost clubs Ewropej, dan l-attakkant ta’ 21 sena qed jissemma’ li jista’ jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija. 

Peró bosta huma dawk l-opinjonisti li qed jgħidu li jekk dan iseħħ “tkun sorpriża kbira”.

Il-clubs fl-Arabja Sawdija nefqu bil-kbir fuq akkwisti ta’ ismijiet kbar dan is-sajf u Greenwood ġie diskuss internament.

Madankollu, il-kampjonat iħoss li ma tkunx il-mossa t-tajba jekk jiġi ngaġġat bħalissa. 

L-akkwisti ta’ players f’dan il-pajjiżi jaħdem b’mod differenti minn bnadi oħra, bil-kampjonat jagħmel l-offerti jew jittratta lill-players qabel jiġi assenjat liema club se jilagħbu għalih. Is-sena li għaddiet rat ukoll l-istaġun inawgurali tal-Premier League tan-Nisa Sawdi.

Il-football tan-nisa fl-Arabja Sawdija qed “jikser ir-rekords,” qalet l-ewwel viċi-pre­si­dent mara tal-Federazzjoni tal-Football (SAFF), Lamia Bahaian.

Is-SAFF irreġistra żieda ta’ 86% fil-players nisa rreġistrati s-sena li għaddiet, filwaqt li n-numru ta’ clubs tan-nisa fuq livell naz­zjonali żdied ukoll b’56%.

Min-naħa tiegħu, il-gvern ħoloq kampjonat tan-nisa, li se jingħata bidu għat-tieni staġun tiegħu, fil-11 ta’ Ottubru, li ġej. Dik hija wkoll differenza importanti għaliex l-istess kampjonat qed jitqies parti integrali għall-komunitá kollha. 

Bla dubju, din hija bidla inkredibbli; il-football tan-nisa kien totalment tabú … iżda issa hemm kampjonat u team nazzjonali li jinsab fir-rankings tal-FIFA.

Aktar minn hekk, in-nisa qed jilagħbu mingħajr ma jilbsu l-hijab (velu) filwaqt li qed jitħallew partitarji maskili fl-istands. Dan kollu huwa parti minn bidla kulturali. 

Sadanittant, il-coach ta’ Al-Ettifaq, Steven Gerrard, ċaħad rapporti li dehru fuq il-media soċjali li jrid jiffirma lil Greenwood. 

Greenwood ġie arrestat f’Jannar 2022 wara allegazzjonijiet dwar materjal li ġie ppubblikat fuq il-media soċjali dwar vjolenza domestika … li mbagħad tneħħa fit-2 ta’ Frar li għadda.

Fi stqarrija, il-club ta’ Manchestr United qal: “Dawk kollha involuti, inkluż Mason, jirrikonoxxu d-diffikultajiet biex jerġa’ jibda l-karriera tiegħu f’Manchester United.

“Għalhekk ġie miftiehem b’mod reċiproku li jkun l-aktar xieraq għalih li jfittex karriera ġdida ‘l bogħod minn Old Trafford, u issa se naħdmu ma’ Mason biex niksbu dak ir-riżultat.”

Il-ġimgħa li għaddiet, grupp ta’ partitarji nisa tal-United ipprotestaw barra Old Trafford qabel il-logħba kontra Wolves dwar ir-ritorn potenzjali tiegħu, u qalu li riedu li l-club “juri approċċ ta’ tolleranza żero” lejn il-vjolenza kontra n-nisa.

Il-Female Fans Against Greenwood’s Return ippubblika stqarrija twila li tgħid li r-riintegrazzjoni ta’ Greenwood tgħidilhom “bħala nisa, li aħna ma jimpurtaniex”.

Min-naħa tiegħu, Greenwood innifsu stqarr li kien “għamel żbalji”, iżda żied jgħid: “Ma għamiltx l-affarijiet li jien akkużat bihom.”

Il-fatt li l-integritá ta’ Greenwood hija mtappna, tagħmilha aktar diffiċli għalih biex jiġi aċċettat fl-Arabja Sawdija … aktar u aktar li jilgħab fil-kampjonat tagħhom. 

Il-liġijiet stretti tagħhom igiegħlu lill-    is­tess player li jibqa’ ‘l bogħod mill-pajjiż.   

Ekonomija

Sport