Saturday, December 14, 2024

Se tkun qed ssir investigazzjoni dwar ir-rispons tal-pulizija fil-massakru ta’ Texas

Aqra wkoll

Il-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti tal-Amerika se jkun qiegħed jinvestiga r-rispons tal-pulizija wara l-attakk li seħħ fi skola f’Uvalde, Texas fejn 19-il tifel u tifla u żewġ għalliema ġew maqtula.  Din l-investigazzjoni se tkun qiegħda seħħ wara rabja mill-pubbliku fid-dawl ta’ allegazzjonijiet li uffiċjali tal-pulizija qagħdu jistennew fid-daħla tal-iskola fl-istess waqt li għadd ta’ tfal kienu maqbuda fi klassi mal-aggressur. 

Ġewwa Uvalde, il-Presi­dent Joe Biden u martu żaru l-qraba tal-vittmi, iltaqgħu ma’ persuni li ħelsuha ħafif kif ukoll oħrajn li taw l-għajnuna. Waqt  din iż-żjara grupp ta’ persuni miġbura bdew jitolbu lill-Preside­nt biex jagħmel xi ħaġa dwar dawn il-każijiet ta’ qtil fl-iskejjel.

Il-massakkru tal-24 ta’ Mejju reġa’ qajjem id-dibattitu dwar il-kontroll tal-armi tan-nar. Filwaqt li dan kien it-tieni massakru b’armi tan-nar matul ix-xahar ta’ Mejju – għadd ta’ politiċi min-naħa tar-Repubblikani qed ikompli jinsistu li m’għandux ikun hemm restrizzjonijiet fuq l-armi tan-nar. 

Mill-bidu ta’ din is-sena s’issa, l-Istati Uniti kellha iktar minn 200 każ ta’ sparar fuq massa. Sparar fuq massa jfisser inċident fejn minn tal-inqas erba’ persuni jintlaqtu jew jinqatlu b’tiri t’arma tan-nar. 

Ekonomija

Sport