Friday, December 13, 2024

Se tmexxi r-rieda tal-maġġoranza tal-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Hekk kif ilbieraħ l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola nħatret bħala President tal-Parlament Ewropew, ħareġ mill-ewwel il-kunflitt bejn meta hi kienet Membru fil-Parlament Ewropew u issa f’din il-kariga l-ġdida. Qabel setgħet tivvota b’mod liberu dwar l-abort bħala dritt fejn kienet tivvota kontra u issa bil-pożizzjoni ġdida, diġà indikat li se tkun qed tinbidel dik il-pożizzjoni u ddikjarat b’mod ċar li hi issa se tkun qed tmexxi ’l quddiem il-pożizzjoni tal-maġġoranza tal- Membri tal-Parlament Ewropew fuq l-abort.

Din il-pożizzjoni hi dik li l-pajjiżi kollha tal-UE għandhom idaħħlu l-abort bħala dritt. Hu proprju għalhekk li minn żmien għal żmien issir pressjoni fuq il-pajjiżi membri mill-istess Parlament Ewropew. Wieħed irid jirrimarka li d-deċiżjoni ta’ jekk jiddaħħalx l-abort f’Malta hi f’idejn il-Parlament Malti u l-Parlament Ewropew jista’ biss jagħmel pressjoni, kif fil-fatt qed jagħmel.

Wieħed ma jridx jinsa li ftit xhur ilu kien ittieħed vot fil-Parlament Ewropew dwar ir-Rapport Matic li kien jinsisti, fost affarijiet oħra, li l-abort huwa dritt tal-bniedem, li l-Istat għandu jiffinanzja l-abort, u li l-professjonisti m’għandhomx ikollhom il-libertà, minħabba oġġezzjoni ta’ kuxjenza, li jkunu jistgħu jeżentaw ruħhom minn xi proċedura jew trattament relatati mal-abort. Dakinhar Dr Roberta Metsola vvutat kontra tiegħu.

Ekonomija

Sport