Tuesday, May 14, 2024

Seba’ fatalitajiet tat-traffiku fir-raba’ kwart tal-2022

Aqra wkoll

Fir-raba’ kwart tal-2022, żdiedu l-għadd ta’ inċidenti tat-traffiku kif ukoll dawk li weġġgħu f’dawn l-istess inċidenti meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel. Il-fatalitajiet tat-traffiku f’dan il-perjodu kienu jammontaw għal sebgħa.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li bejn Ottubru u Diċembru 2022, kien hemm 3,816-il inċident tat-traffiku, li jfisser żieda ta’ 3.2% fuq l-istess perjodu tal-2021. Ir-Reġjun tal-Port irreġistra l-akbar ammont ta’ inċidenti (1,297 każ jew 34% tat-total tal-inċidenti).

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ persuni feruti f’dawn l-inċidenti, l-istatistika wriet li dawn żdiedu b’0.5% għal 381. Dawk feruti gravi kienu jammontaw għal 84 u kienu jikkonsistu f’52 xufier, ħames passiġġieri u 27 oħra li kienu jew mexjin fit-triq jew isuqu r-rota fost oħrajn.

Il-maġġoranza ta’ dawk li weġġgħu gravi kienu rġiel (73.8%). Kważi 35% tal-persuni li weġġgħu f’inċidenti f’dan il-perjodu kienu jinvolvu persuni fl-età bejn is-26 u l-40 sena.

Ħamsa mill-fatalitajiet tat-traffiku f’dan il-perjodu kienu rġiel mentri żewġ fatalitajiet oħra kienu nisa. F’Birkirkara seħħew l-akbar ammont ta’ inċidenti b’246 każ, segwiti minn Ħal Qormi u l-Mosta, b’201 u 193 każ rispettivament.

L-Imtarfa, il-Munxar, Ta’ Kerċem, San Lawrenz u l-Għasri rreġistraw inqas minn ħames inċidenti tat-traffiku filwaqt li fil-Fontana ma kien hemm l-ebda inċident.

Sport