Fl-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna rriżulta li fl-aħħar 24 siegħa kien hemm seba’ każi ġodda.
Minn fost 1353 swab test li saru kien hemm seba’ każi li kollha kienu juru s-sintomi relatati mal-virus. Kien hemm żewġ każi li huma impurtati u każ ieħor relatat mal-cluster tal-Ġimgħa li għaddiet.
B’hekk issa l-każi attivi telgħu għal 34 każ.
https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/186625349722683