Saturday, November 23, 2024

Seba’ każijiet ġodda … erba’ persuni jfiqu

Aqra wkoll

Fl-aħħar ħin, proprju ftit minuti qabel l-aħħar aġġornamenti mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci, l-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-paġna ta’ Facebook SAĦĦA, ħabbru li fl-aħħar sigħat kien hemm seba’ każijiet ġodda.

Min-naħa l-oħra kien hemm erba’ persuni li fiequ u meta wieħed inaqqas is-sitt persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-virus, jibqa’ 93 każijiet attivi fis-soċjetà.

Il-każijiet ġodda:
– Maltija ta’ 52 sena li ma kellha l-ebda sintomi. Hija taħdem fi stabbiliment iżda kienet qiegħda tosserva l-miżuri. B’hekk peress li kienet qiegħda tilbes il-maskra jonqos ir-riskju li setgħet ixxerred il-virus.
-Raġel ta’ nazzjonalità barranija ta’ 52 sena li għamel test wara li daħal bl-emerġenza b’kundizzjoni. Hu ma kienx qed imur xogħol u lanqas persuni oħra jaħdmu miegħu.Ħ
-Raġel ta’ nazzjonalità barranija ta’ 42 sena li wkoll mar l-emerġenza u minn testijiet li sarulu rriżulta pożittiv. L-awtoritajiet għaddejjin b’contact tracing.
-Malti ta’ 50 sena li ma kellu l-ebda sintomi. Huwa jaħdem fi stabbiliment u iddeċieda li jagħmel it-test u ħareġ pożittiv. Jidher li hu wkoll kien qed jilbes l-visor u b’hekk naqqas ir-riskju li jkun hemm trasmissjoni.
-Mara barranija ta’ 26 sena li taħdem bħala Carer f’dar tal-anzjani li ma kellha l-ebda sintomi iżda rriżultat pożittiva minn test ta’ rutina.
-Malti ta’ 55 sena. Huwa pazjent fl-Isptar Mater Dei b’kundizzjoni medika oħra u wara kuntatt irriżulta pożittiv u ġie trasferit għall-infectious desease unit.
-Persuna ta’ nazzjonalità barranija ta’ 32 sena. Huwa kellu kuntatt ma’ pazjent rikoverat fl-isptar Karin Grech u li fl-aħħar jiem wera s-sintomi. Huwa rriżulta pożittiv minn testijiet li sarulu.

Sport