Sunday, December 22, 2024

Seba’ Maltin fl-Iżrael iħallu l-pajjiż minħabba tensjonijiet tal-kunflitti

... persuna oħra se jħalli l-pajjiż fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ għadu għaddej bil-ħidma fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti fl-Art Imqaddsa.

Il-Ministeru kkonferma li s-seba’ persuni li kienu f’kuntatt mal-Ambaxxata u wrew ix-xewqa biex jitilqu mill-Iżrael minħabba l-aħħar żviluppi, kollha ħallew il-pajjiż. L-Ambaxxata bħalissa tinsab f’kuntatt ma’ persuna oħra bil-pjan li jkun qed iħalli l-pajjiż ukoll fil-jiem li ġejjin.

Sa issa, il-Ministeru huwa infurmat li m’hemm l-ebda persuna ta’ nazzjonalità Maltija li tinsab maqbuda fit-territorji Palestinjani.

Ċittadini Maltin, li bħalissa jinsabu fl-Iżrael, li jeħtieġu l-għajnuna, jistgħu jikkuntattjaw lill-Ambaxxata fl-Iżrael, fuq in-numru 00972522575708, jew l-Uffiċċju Rappreżentattiv għall-Palestina, fuq 00972548992228, sabiex jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dawk li jixtiequ jikkuntattjaw direttament lill-Ministeru għandhom jagħmlu dan fuq 0035622040000.

Ekonomija

Sport