Seba’ plejers tas-Snooker Maltin ser jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Kampjonat tad-Dinja tas-Snooker tal-Federazzjoni Dinjija tas-Snooker (WSF) li ser isir f’Sofia, il-Bulgarija, bejn is-Sibt 24 ta’ Jannar u l-Ħadd l-1 ta’ Frar. Dan il-kampjonat huwa kunsidrat bħala open u huwa miftuħ kemm għal irġiel kif ukoll għan-nisa kif ukoll m’hemm l-ebda restrizzjoni ta’ età.
B’kollox ser jieħdu sehem 195 plejer minn 35 pajjiż differenti li ġew maqsuma f’39 grupp, b’ħames plejers f’kull grupp.
Il-Ġimgħa, kontinġent ta’ plejers Maltin marru Sofia biex is-Sibt jibdew l-impenji tagħhom f’dan il-kampjonat. Dawn huma Brian Cini, iċ-champion renjanti lokali, Aaron Busuttil, Chris Peplow, Alex Borg u Chris Camilleri. Magħhom jingħaqdu wkoll Joseph Casha u ż-żgħażugħ Xavier Rizzo li diġa’ jinsabu l-Bulgarija.
Brian Cini, f’dan l-istess kampjonat is-sena l-oħra, f’Saida, il-Marokk, kien tilef biss fil-finali kontra ċ-Ċiniż, Yang Gao.
Fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni l-plejers Maltin kollha jridu jilgħabu l-ewwel logħba tal-ewwel fażi. Din il-fażi tibqa’ tintlagħab sal-Erbgħa, 28 ta’ Jannar.
Il-logħob kollu fl-ewwel jum għal plejers Maltin huwa dan. Il-ħin indikat huwa ħin ta’ Malta.
| 09:00 | Grupp F | Joseph Casha | vs | Nattanapong Chaikul (Tajlandja) |
| 09:00 | Grupp C | Chris Camilleri | vs | Billy Castle (Ingilterra) |
| 11:00 | Grupp I | Brian Cini | vs | Sebastian Milewski (Polonja) |
| 13:00 | Grupp Q | Aaron Busuttil | vs | Kaylan Patel (Ingilterra) |
| 15:00 | Grupp X | Chris Peplow | vs | Michael Davids (Afrika t’Isfel) |
| 17:00 | Grupp AE | Xavier Rizzo | vs | Mareks Cipsts (Latvja) |
| 19:00 | Grupp AM | Alex Borg | vs | Vasilije Pešić (Serbja) |

