Tuesday, December 24, 2024

Seba’ offerti għall-bini ta’ żewġ ‘flyovers’ fl-Imsida

Aqra wkoll

Infrastruttura Malta rċeviet seba’ offerti għall-proġett li jaħseb biex tiġi irranġata l-parti fl-Imsida fejn hemm il-Monument tal-Ħaddiem.

Il-proġett jaħseb, fost oħrajn, għall-bini ta’ ‘żewġ flyovers’ li se jeliminaw it-‘traffic lights’ li hemm fiz-zona ħalli b’hekk mhux biss jonqos it-traffiku imma anke t-tniġġiż.

L-offerti li rċeviet Infrastruttura Malta mis-seba’ konsorzji Maltin u barranin iġibu medja ta’ €13.5 miljun.

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg irrimarka li l-proġett se joħloq ukoll postijiet ġodda ta’ rikreazzjoni u pontijiet pedonali.

Huwa iddeskrivih bħala proġett ieħor importanti biex titjieb il-kwalità tal-ħajja fl-inħawi b’infrastruttura tal-ivvjaġġar aktar effiċjenti u sostenibbli.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Frederick Azzopardi spjega kif il-konsultazzjoni pubblika, il-proċess tal-permessi u l-għażla tal-kuntratturi se jsiru matul is-sena d-dieħla.

Ekonomija

Sport