Mill-inqas seba’ persuni nqatlu f’attakki mill-ajru li sar mill-forzi Russi fuq il-kapitali Ukrena Kyiv matul il-lejl li għadda. Magħhom ħafna oħrajn kellhom jiddaħlu l-isptar minħabba ġrieħi li sofrew.
Ihor Klymenko, il-Ministru tal-Intern Ukren qal li l-attakk seħħ fuq żona residenzjali, fuq sptar u anke infrastruttura sportiva.
L-attakk li seħħ fuq żona residenzjali mill-inqas inqatlu sitt persuni u 19-il persuna oħrajn kellhom jiddaħlu l-isptar.
Is-Sindku ta’ Kyiv Vitaliy Klitschko waqt li kien qiegħed jitkellem mal-midja qal li fl-aħħar jiem kien hemm żieda qawwija fl-attakki mill-forzi Russi fuq il-kapitali Ukrena.
Fl-aħħar jiem saru 352 attakk permezz ta’ drones mill-forzi Russi kif ukoll ġew sparati mill-inqas 16-il missila fosthom fuq Kyiv.