Wednesday, October 23, 2024

Seba’ sewwieqa Maltin ipparteċpaw fil-Kampjonat Sqalli tal-Karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Seba’ sewwieqa Maltin tal-Karting, Trevor Muscat, Timothy Zarb, Gigi Muscat, Kimi Bugeja, Morgan Zammit Azzopardi, Eli Xuereb u Zane Pace, ipparteċipaw fil-Kampjonat Sqalli tal-Karting, magħruf bħala Campionato Coppa Italia Zona 8. Il-kampjonat intemm nhar il-Ħadd 20 ta’ Ottubru. fil-Pista Del Sole f’Mellilli fi Sqallija.

Is-sewwieqa Eli Xuereb, Kimi Bugeja u Zane Pace ħadu sehem fit-tiġrijiet kollha tal-kampjonat 2024: tmien tiġrijiet b’kollox, seba’ tiġrijiet tal-Kampjonat Sqalli u tiġrija oħra fi Triscina li kienet tiġrija tal-Kampjonat Nazzjonali Taljan.

Is-sewwieq Malti tal-karting Zane Pace ħareġ rebbieħ fil-Kampjonat GR3 Over 2024 tal- Campionato Coppa Italia Zona 8. Kimi Bugeja għamel marka wkoll, li kiseb it-tieni pożizzjoni fil-GR3 under. Dawn il-kisbiet huma partikolarment sinifikanti peress li nkisbu f’kompetizzjoni ħarxa mas-sewwieqa Sqallin, li għandhom familjarità fit-trakek użati f’dan il-kampjonat. Waqt li għelbu din l-isfida, is-sewwieqa Maltin tassew urew il-ħila u d-determinazzjoni tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport