Manchester United jistgħu jagħmlu offerta għall-attakkant ta’ Ajax, Sebastian Haller, dan is-sajf.
Il-player ta’ 27 sena rrappreżenta lil West Ham United bejn l-2019 u l-2021 iżda sabha diffiċli biex iħalli l-marka tiegħu mal-Hammers, billi skorja biss 14-il goal f’54 dehra qabel ngħaqad ma’ Ajax.
Haller reġa’ qabad il-karriera tiegħu fl-Olanda, iżda skorja 46 gowl u rreġistra 16-il assist fi 62 dehra għall-club Olandiż, inklużi 33 goal u disa’ assists fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.
Il-player internazzjonali tal-Ivory Coast għad fadallu aktar minn tliet snin fil-kuntratt tiegħu f’Amsterdam, iżda dan l-aħħar kien hemm spekulazzjoni dwar il-futur tiegħu minħabba l-forma tiegħu f’dan l-istaġun.
Huwa mifhum li l-manager konfermat ta’ Man United Erik ten Hag jista’ jipprova jġib miegħu lil Haller f’Old Trafford matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Huwa mifum li l-attakkant se jiswa madwar £35 miljun, li huwa ferm inqas milli l-club ġew ikkwotati kemm għal Darwin Nunez ta’ Benfica kif ukoll għal Harry Kane ta’ Tottenham Hotspur.
Haller eċċella fiċ-Champions League għal Ajax dan l-istaġun, fejn skorja 11-il goal u pprovda żewġ assists fi tmien dehriet, bit-team immexxi minn Ten Hag fl-aħħar mill-aħħar jitlef kontra Benfica fir-round tal-aħħar 16.