Tuesday, December 24, 2024

Seduta Ġenerali ta’ nofs is-sena fil-Każin tal-Ġilju, l-Imqabba

Aqra wkoll

Il-Kumitat Amministrattiv fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba qed iħabbar li s-Seduta Ġenerali Annwali ta’ nofs is-sena se ssir nhar il-Ħadd, 21 t’ Awwissu 2022 mill-10:30 ‘il quddiem fis-Sala tal-Kunċerti u l-Konferenzi fis-Sede tas-Soċjetà. 

Matul is-Seduta se jiġu kkomunikati rapporti amministrattivi u finanzjarji relatati mal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022. Wara tkompli diskussjoni li se titratta l-festa tal-Madonna tal-Ġilju 2022 fejn issir evalwazzjoni ta’ kif nistgħu intejjbu aktar il-festa sens wara sena. 

Is-soċji tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju huma mħeġġa jattendu bi ħġarhom għal din il-laqgħa importanti u jagħtu l-opinjonijiet tagħhom dwar dak kollu li jiġi diskuss. B’rabta ma’ dan, insostnu l-punt fl-istatut li jgħid li membri li huma rreġistrati bħala soċji biss se jkunu eliġibbli sabiex jattendu.

Aktar informazzjoni tinkiseb fuq 79853044 jew fuq is-sit elettriniku tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju www.talgilju.com.

Ekonomija

Sport