Saturday, December 21, 2024

Sejħa għan-nominazzjonijiet għat-TGS Fair Play Award Lulju – Settembru 2024

Aqra wkoll

L-Għaqda Ġurnalisti Sport u l-Malta Fair Play Movement qegħdin jevalwaw kull dħul relatat mal-kunċett ta’ Fair Play li l-assoċjazzjonijiet, uffiċjali sportivi jew l-atleti jkunu ltaqgħu miegħu matul il-perjodu minn Lulju sa Settembru 2024.

L-assoċjazzjonijiet u l-federazzjonijiet sportivi kollha, kif ukoll il-pubbliku ġenerali huwa mitlub jgħaddi dettalji ta’ ġrajjiet, kompetizzjonijiet, jew / u sessjonijiet ta’ taħriġ, fejn kien xhud ta’ att ta’ Fair Play. Barra minn dan, hu meħtieġ ukoll dettalji dwar l-atleta/i, tim/ijiet, jew uffiċjal/i.

Huwa importanti illi n-nominazzjonijiet ikunu biss fuq azzjonijiet li juru ġesti ta’ fair play waqt attività sportiva u mhux relatati ma’ attivitajiet soċjali jew filantropiċi lil hinn mill-isport innifsu.

In-nominazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta’ email lil [email protected] sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Ottubru 2024.

Ekonomija

Sport