Saturday, October 26, 2024

Sejħa lura ta’ xkupilja tas-snien tat-tfal

Mentadent Kids toothbrush 2-6 years

Aqra wkoll

L-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku dwar is-sejħa lura tal-ixkupilja tas-snien tat-tfal Mentadent Kids toothbrush 2-6 years (EAN code 8000630057162) li l-manifattur qiegħed jagħmel volontarjament bħala miżura ta’ prekawzjoni minħabba perikli. Il-manifattur qal li l-kappa ta’ din l-ixkupilja tas-snien tista’ potenzjalment tifga lit-tfal f’każ li din tinbela’ aċċidentalment.

Minħabba f’hekk, l-MCCAA qed tieħu passi sabiex tiżgura li dan il-prodott jitneħħa mis-suq lokali. Il-manifattur qiegħed jirrakkomanda sabiex konsumaturi li xtraw dan il-prodott jiddisponu mill-kappa filwaqt li jistgħu jkomplu jużaw l-ixkupilja tas-snien. Il-konsumaturi jistgħu wkoll jirritornaw prodotti li huma affettwati b’din is-sejħa lura għand il-bejjiegħ minn fejn xtrawh, fejn dan hu obbligat li jirrimedja lill-konsumatur. Ir-rimedju jista’ jieħu l-forma ta’ sostituzzjoni tal-prodott imsejjaħ lura b’wieħed sigur.

Għal kull mistoqsija jew għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Sport