Sunday, December 22, 2024

Sejħa t’interess biex jitnaqqas l-iffullar fl-emerġenza ta’ Mater Dei

Aqra wkoll

“Kif wegħdna f’dawn is-sitt xhur li ilni nokkupa r-rwol ta’ Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, ittieħdu deċiżjonijiet b’risq il-pazjent biex tiġi indirizzata l-problema ta’ ffular fl-emergenza ta’ Mater Dei Hospital.”

Hekk kiteb il-Minsitru tas-Saħħa u Anzjanità Attivia Jo Etienne Abela f’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali.

Saħaq li waħda mill-inizjattivi li se jsiru hu li jiġu nvoluti l-imsieħba soċjali u anke s-settur privat biex biex in-nies ikunu jistgħu jinqdew minn sptarijiet privati filwaqt li jħallas il-Gvern u b’hekk tkompli tonqos il-pressjoni fuq Mater Dei.

Il-Ministru ħabbar li kienet ħarġet sejħa t’interess għal dawk kollha interessati. “Din hi waħda minn kullana ta’ inizjattivi li qed jiġu varati b’risq id-dipartiment tal-emerġenza iktar vijabli. Il-pazjent jibqa’ ċ-ċentru tal-ħidma tagħna,” temm jgħid il-Ministru Abela.

Ekonomija

Sport