Tuesday, May 14, 2024

Sejħa urġenti għad-demm biex l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru kif pjanat

Aqra wkoll

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella għal iktar għotjiet tad-demm tat-tip O positive u A positive, hekk kif fl-aħħar sigħat ir-riserva ta’ dawn it-tipi ta’ demm niżlet għal livell kritiku.

F’dan il-mument sensittiv, is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella lill-pubbliku sabiex mill-iktar fis possibbli jmur jagħti d-demm b’ġest ta’ solidarjetà nazzjonali biex l-operazzjonijiet skedati jkunu jistgħu jsiru kif ippjanat.

F’dan il-mument ta’ bżonn, il-qraba u l-ħbieb ta’ dawk il-pazjenti li ser jiġu operati jew qed jistennew trasfużjoni tad-demm huma mitluba biex, jekk is-saħħa tippermetti, jagħmlu l-ewwel pass u jersqu biex jagħtu d-demm.

L-għoti tad-demm għandu jsir fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ Gwardamanġa li bħal dejjem ikun miftuħ mit-8:00am sas-6:00pm.

Importanti li dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm jippreżentaw il-karta tal-identità jew il-liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti, u li jkollhom maskra għal waqt l-għoti tad-demm.

Sport