Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jappella għal ħafna iktar għotjiet tad-demm. Dan hekk kif fl-aħħar sigħat inqala’ bżonn urġenti mill-Bank tad-Demm tal-Isptar Mater Dei, għad-demm O positive, A positive, A negative u B positive.
Bħalissa hemm il-bżonn ta’ xejn inqas minn:
- 64 borża demm O positive
- 39 borża demm A positive
- 10 boroż demm A negative
- 2 boroż demm B positive
Għaldaqstant, il-pubbliku huwa mħeġġeġ biex jgħin f’din il-kawża ġusta.