Il-Bank tad-Demm qiegħed jagħmel sejħa urġenti illum għal demm tal-grupp O POSITIVE. Dan minħabba li r-riserva qiegħda kritika b’konsegwenza li jistgħu jitħassru l-operazzjonijiet u pazjenti morda bil-kanċer jistgħu ma jieħdux id-demm meħtieġ fil-ħin.
Barra minnhekk, il-Bank tad-Demm avża li l-gruppi l-oħra huma meħtieġa wkoll.
Dawn huma miftuħin kuljum mit-8.00am sas-6.00pm. Ċemplu biex ikunu jistgħu jipprovdulkom trasport minn u lejn id-destinazzjoni li tgħidulna.