Hu fatt li huma diversi dawk il-Maltin li matul is-sajf u anke fix-xitwa jmorru bil-karozza fi Sqallija b’mod partikolari f’Katanja. Minħabba rimi ta’ skart mit-twieqi tal-karozzi, bħal sigaretti u karti, proprju fl-aħħar jiem iddaħħlu pieni ġodda li huma ferm u ferm aktar ħorox minn dawk ta’ qabel.
Jekk tintrema’ karta mit-tieqa tal-karozza tista’ teħel multa ta’ madwar €1,000, waqt li jekk tarmi flixkun tist’a teħel bejn €1,500 u €1,800.
Il-multi jiħraxu jekk ir-rimi esir f’żoni protetti jew qrib fejn hemm l-ilma. Hemmhekk il-mult jinkludi piena minn sitt sa 7 snin ħabs. Biex isir infurzar aħjar hu mistenni li jiżdiedu sew il-cameras tas-sigurtà.