L-artista ta’ fama internazzjonali Selena Gomez tkellmet dwar kemm kienet tfisser għaliha li ħabibtha Francia Raisa tatha waħda mill-kliewi tagħha.
Il-kantanta ta’ 30 sena kienet qiegħda tbati minn kundizzjoni lura fl-2014 meta l-istess Francia skopriet li hi setgħet tgħinha tirkupra.
Selena Gomez kienet qiegħda tbati mill-kundizzjoni Lupus li tikkawża uġigħ fil-ġogi, raxx fil-ġilda u għejja kbira. Tista’ tikkawża saħansitra ħsara rreparabbli fil-qalb, fil-pulmun, fil-moħħ u li xi drabi wkoll tista’ twassal għal riskju li l-pazjent jitlef ħajtu.
Selena tkellmet riċentament dwar dak iż-żmien u spjegat kif meta saret taf, Francia qalitilha li hi kienet se tagħmel it-testijiet neċessarji biex tara tistax tgħinha. Fi tlett ijiem kellhom ir-riżultati u dawn kienu pożittivi għax l-organi kienu jaqblu.
“Qatt ma nista’ nkun midjuna iktar milli jiena ma’ Francia. Il-fatt li jkun hemm persuna li lanqas biss taħsibha darbtejn biex tagħtik donazzjoni bħal dik hija xi ħaġa indeskrivibbli”, tenniet l-artista.