Is-sit tat-tbassir tat-temp Maltese Islands Weather qiegħed ibassar li minn issa sa nhar l-Erbgħa se nkunu qegħdin nistennew sema ċlampu u anke arja mdaħħna bil-possibilità ta’ xi xita ħafifa bir-ramel.
Ir-riħ se jkun bil-buffuri qawwijin kultant. Din is-sitwazzjoni tat-temp taqleb kmieni l-Ħamis li ġej bir-riħ idur mill-Punent Majjistru. Dakinhar ikollna l-possibilità ta’ xi ħalba xita iżolata.
It-temp mit-tieni nofs tal-jum tal-Ħamis sa tard il-Ħadd li ġej għadu jidher ġeneralment bnazzi bl-avvenimenti fuq barra jistgħu jsiru kif pjanati.