Friday, December 13, 2024

Seminar li għandu jwassal għal titjib fl-istandards, fl-effiċjenza u l-kontabilità fil-Qrati

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, rigward is-seminar li ttella' dwar l-esperti tal-Qorti

Aqra wkoll

“Dan is-seminar huwa prova ċara ta’ kemm il-Gvern huwa konxju mir-realtajiet u l-isfidi li jeżistu f’pajjiżna fis-settur tal-esperti tal-Qorti. Din se tkun opportunità biex fiż-żmien li ġej inħarsu lejn x’tibdil u riformi jridu jsiru biex anke f’dan il-qasam naraw li jogħlew l-istandards, tiżdied l-effiċjenza u jkun hemm kontabilità fl-investiment li jsir fis-settur”.

Saħaq dwar dan il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, fl-intervent tiegħu waqt seminar dwar l-esperti tal-Qorti, organizzat mill-Ministeru għall-Ġustizzja permezz tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati u b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Għolja Ingliża.

Il-Ministru Attard qal li kien il-Ministeru stess li talab li jkun hemm kooperazzjoni fuq dan is-suġġett u dan bil-ħsieb li jiġu diskussi l-prattiċi u l-esperjenzi li għandu r-Renju Unit fuq dan is-suġġett.

Il-Kap tan-National Crime Agency f’Wyboston, Jim Shingler, ta preżentazzjoni tal-mudell li jitħaddem fl-Aġenzija Ingliża, fosthom kif jiġu identifikati l-esperti u jsir ir-reklutaġġ tagħhom. F’diskussjoni miftuħa u skambju ta’ ideat ma’ dawk preżenti, is-Sur Shingler spjega kif ċerti aspetti tal-mudell jistgħu jiġu applikati f’Malta u kif iż-żewġ pajjiżi jistgħu jikkollaboraw flimkien.

Dan is-seminar kien indirizzat ukoll mis-Segretarju Permanenti, Johan Galea, u d-Deputat Kummissarju Għoli Ingliż, Tristan Gilchrist. Għal dan is-seminar attendew ukoll numru ta’ uffiċjali għolja li jiffurmaw parti mis-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna u rappreżentanti tal-Kummissjoni Għolja Ingliża.

Ekonomija

Sport