Thursday, December 26, 2024

Seminar ta’ Edukazzjoni Finanzjarja tal-BOV għall-Investituri ż-Żgħar

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta se jkun qed jorganizza seminar li jiddiskuti l-Prospettiva Ekonomika għal Malta u kif dan se jkollu impatt fuq is-Suq Lokali tal-Bonds u l-Ekwità. Dan is-seminar, li se jiġi organizzat nhar it-Tnejn, 11 ta’ Marzu fix-Xara Lodge, limiti tar-Rabat, fis-18.00, huwa mmirat għall-investituri ż-żgħar. Il-kelliema tal-BOV se jiddiskutu l-ambjent attwali tal-investiment u juru lil dawk preżenti kif l-aħjar jinnavigaw il-kumplessitajiet tad-dinja tal-investiment.

Waqt li tkellem dwar dan is-seminar, Kenneth B. Micallef, li jmexxi t-taqsima tal-Iżvilupp tan-Negozju tal-Bank, sostna li, “dawn is-sessjonijiet huma maħsuba biex jgħatu lil dawk interessati ħiliet finanzjarji bażiċi, kif ukoll jispjegaw il-bażiku fid-dinja tal-investimenti. Bħala Bank ta’ importanza sistemika għal Malta, u bi storja ta’ 50 sena, inħossu li aħna responsabbli għall-promozzjoni ta’ inizjattivi ta’ litteriżmu finanzjarju, naġixxu bħala katalisti fit-titjib tal-għarfien finanzjarju, u ngħinu lill-klijenti jieħdu deċiżjonijiet aktar infurmati meta jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom.”

Fis-seminar se jkun hemm tliet kelliema tal-BOV, li huma esperti fil-qasam rispettiv tagħhom. Malcolm Bray huwa ekonomista rinomat li jmexxi l-qasam ekonomiku fi ħdan il-Bank. Huwa wkoll visiting senior lecturer fl-Università ta’ Malta. Clayton Scicluna huwa Lead Portfolio Manager fil-BOV Asset Management wara li kellu diversi rwoli relatati mal-investimenti sa mill-2006. Huwa għandu esperjenza ta’ tagħlim fl-Università ta’ Malta u fl-IFS Malta. Maniġer b’esperjenza sostanzjali fl-Istockbroking u Capital Advisory, David Pace Ross, jikkontribwixxi regolarment għall-programmi ta’ litteriżmu finanzjarju tal-Bank.

Kenneth B Micallef temm jgħid, “It-tim tal-BOV jemmen li meta ninvestu l-ħin u l-isforzi tagħna fl-edukazzjoni tal-klijenti, inkunu qed nibnu relazzjonijiet aktar b’saħħithom magħhom.” Spjega li l-impjegati tal-BOV se jkunu preżenti waqt is-seminar biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija li dawk li se jattendu jista’ jkollhom, u jipprovdu kwalunkwe assistenza biex is-servizzi diskussi jiġu adattati għall-bżonnijiet individwali u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom. Saret referenza wkoll għar-rwol attiv tal-Bank fil-komunità, bi programm robust ta’ CSR u l-impenn tiegħu għall-prinċipji ESG. “Huwa kruċjali li ninvestu fil-litteriżmu finanzjarju tal-klijenti tagħna, kemm personali kif ukoll mhux personali. Inizjattivi bħal dawn huma riżultat ewlieni għat-tim tagħna, u nistennew bil-ħerqa li nibnu fuq din l-inizjattiva u nfasslu programmi edukattivi oħra għall-komunitajiet tagħna fil-futur qarib.”

Għal aktar informazzjoni, il-klijenti jistgħu jikkuntattjaw lill-Business Development Unit tal-Bank fuq 2275 1122 jew jistaqsu f’waħda mill-fergħat tal-Bank. Kull min hu interessat li jattendi jista’ jirreġistra billi tikklikkja fuq din il-ħolqa: Economic Outlook for Malta – How can this impact the Local Bond & Equity Market? (office.com)

Ekonomija

Sport