Saturday, December 14, 2024

“Sempliċi … jekk tirrispetta l-liġijiet ta’ pajjiżna merħba bik jekk le postok mhux hawn”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Sempliċi tirrispetta l-liġijiet ta’ pajjiżna merħba bik, jekk le postok mhuwiex hawn”. Iddikjara dan id-deputat Nazzjonalista Alex Borg f’reazzjoni għall-istorja esklussiva ta’ Talk.mt rigward argument li żvolġa lbieraħ f’Marsalforn.

Huwa żied jgħid li fil-fehma tiegħu r-rispett li huwa xi ħaġa reċiproka u li meta tagħti rispett se taqla’ rispett.

“Kull min iżeffen argumenti bħal razziżmu u xenofobija fuq nuqqas ta’ rispett hija biss att ta’ konfużjoni”, sostna Borg filwaqt li enfasizza li hemm bżonn li min jiġi f’pajjiżna jkun ta’ rieda tajba.

Temm jisħaq li dan għandu jsir f’kuntest fejn il-buon ordni hi taħt pressjoni kbir iktar minn qatt qabel u li għandna nilqgħu biex xeni bħal dawn ma nibqgħux narawhom iseħħu.

Ekonomija

Sport