Friday, November 22, 2024

“Sena ġdida, l-istess storja!” … Taljani urtati wara li Malta ma aċċettatx l-immigranti abbord l-Open Arms

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Sena ġdida, l-istess storja fejn tidħol l-immigrazzjoni!” Hekk sostna l-eks Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Intern Taljan Matteo Salvini b’reazzjoni għal aħbar li skontu qiegħda tiġi moħbija kemm jista’ jkun fl-aħbarijiet tal-pajjiż.

Dan hekk kif it-titlu tal-artiklu mxerred minnu jgħid li l-Open Arms tinsab fi triqitha lejn il-Port ta’ Empedocle wara li Malta rrifjutat li ddaħħal l-immigranti abbord.

Fl-artiklu li qiegħed jidher fuq is-sit Taljan ilsicilia.it jingħad li l-bastiment tal-Open Arms, b’265 immigrant abbord interċetta l-port f’Agrigento bħala port sigur biex iniżżel l-immigranti.

Il-wasla ta’ dawn l-immigranti mistennija sseħħ fil-ħin li ġej wara li Malta rriffjutat li ddaħħal dawn l-immigranti minkejja lejl diffiċli ta’ maltemp.

Sport