Sunday, November 24, 2024

Sena ħabs talli seraq minn kaxxa tad-donazzjonijiet fost oħrajn

Aqra wkoll

Il-Maġistrat Joseph Mifsud, ikkundannat lil Hossam Amgad Anwar Aly Elnily sena ħabs wara li lbieraħ instab ħati li bejn Settembtu u Ottubru tas-sena l-oħra wettaq diversi serqiet mill-Belt Valletta.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-ewwel serqa li kien wettaq kienet saret fil-25 ta’ Settembru li għadda fi Triq San Patrizju. Kien għall-ħabta tat-3.15am meta hu kien seraq flus li kienu jinsabu f’kaxxa tad-donazzjonijiet.

Elnily instab ħati wkoll li bejn it-28 u d-29 ta’ Settembru pprova jisraq minn kiosk fi Triq l-Ordinanza u li għamel ħsara, fost l-oħrajn, fil-bieb tal-ħanut. Kien l-akkużat stess li ammetta li fl-1 ta’ Ottubru tas-sena l-oħra wkoll ipprova jwettaq serqa u anke għamel ħsara fi snak bar fi Triq il-Lanċa.

Jirriżulta li l-akkużat għandu problema tad-droga u l-Uffiċjal tal-Probation qal li sar pjan biex jindirizza dan il-vizzju, iżda fuq deċiżjoni tiegħu ma riedx li jaqta d-droga.

Hu kien jinsab il-ħabs fuq akkużi oħrajn u hekk kif ħareġ lura fis-soċjeta, mhux biss reġa’ mar għal vizzju tad-droga, iżda wkoll għażel li jwettaq reat ieħor.

Elnily ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Sport