Monday, December 23, 2024

“Sena mimlija wġigħ u dwejjaq” … Meghan Markle tiftaħ qalbha dwar korriment

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Dukessa ta’ Sussex u mart il-Prinċep Harry tar-Renju Unit, Meghan Markle, għadha kemm ħabbret li f’Lulju li għadda kellha korriment. Il-weġgħa ta’ qalb deskritta mill-eks attriċi ta’ Hollywood hija waħda insapportabbli fejn żiedet tgħid li din it-telfa kienet ta’ dieqa kbira wkoll għar-raġel tagħha.

Il-koppja li ħalliet l-impenji rjali tagħha biex tmur tgħix fl-Istati Unit għal ħajja aktar trankwilla fl-Istati Uniti, sofriet din it-telfa f’Lulju li għadda. Meghan qalet li f’dan iż-żmien tant diffiċli Harry kien ta’ sostenn kbir għaliha u li s-sena 2020 kienet mimlija wġigħ u dwejjaq.

Id-Dukessa, li issa għandha 39 sena, riedet taqsam din l-esperjenza kerha bil-għan li tqajjem kuxjenza dwar dak li tgħaddi minnu koppja meta tqala tintilef ħesrem b’korriment. Hija tisħaq fl-importanza li nagħtu widen u li nistaqsu lil dak li jkun jekk huwiex iħossu tajjeb wara telfa ta’ din it-tip.

Meghan li wara t-twelid ta’ Archie fis-6 ta’ Mejju, 2019, stqarret li għaliha kien diffiċli li tadatta għar-rwol ta’ omm, tistqarr li hija indunat mill-ewwel li tilfet it-tieni tqala tagħha. Sors viċin tagħha kkonferma mal-BBC li hija tinsab tajba u li l-koppja trid titkellem dwar dak li għaddew minnu biex issir aktar diskussjoni dwar dan is-suġġett. Harry u Meghan qalu li korriment huwa aktar komuni milli ħafna jaħsbu u importanti li titqajjem kuxjenza.

Il-Palazz ta’ Buckingham qal li dan huwa suġġett personali ħafna u m’humiex se jikkumentaw fuqu.

Ekonomija

Sport