Sunday, December 22, 2024

SENA SKOLASTIKA ĠDIDA BI SFIDI U B’MIRI ĠODDA

Aqra wkoll

Bdiet sena skolastika ġdida. Sena oħra ta’ sfi di għall-edukaturi, għall-istudenti kif ukoll għall-Istat. Sena li fi ha t-tfal reġgħu marru lura għan-normalità; għas-sistema kif kienet qabel ma faqqgħet il-pandemija tal-Covid-19; sistema fejn l-istudenti jerġgħu jgawdu u japprezzaw il-possibbiltà ta’ interazzjoni u ta’ komunikazzjoni mingħajr restrizzjonijiet, mingħajr limitazzjonijiet u mingħajr barrieri li jirrestrinġu dak li aħna drajna nsejħulu n-normalità.

Sena skolastika ġdida fejn il-Gvern tul dawn l-aħħar xhur ħadem qatigħ biex Malta tibqa’ tgawdi minn sistema edukattiva ta’ kwalità; sistema edukattiva progressiva; sistema edukattiva li timxi pari passu ma’ dawk li jtennu l-impenn għal Malta li tgawdi minn riżorsi umani mill-aqwa. U biex dan jintlaħaq il-Gvern aġixxa b’mod deċiż biex jindirizza l-problema ta’ assenteiżmu partikolarment grazzi għall-programm li huwa magħruf bħala ‘Summer Catch-up Sessions’. Permezz ta’ dan il-programm, li huwa kofi nanzjat minn fondi Ewropej, ġew provduti lezzjonijiet addizzjonali għall-istudenti fi l-primarja u s-sekondarja.

Biex dan jintlaħaq ukoll, il-Gvern kompla bil-proġetti infrastrutturali. Sebgħa u għoxrin proġett infrastrutturali tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada b’investiment ta’ aktar minn 135 miljun ewro.

Sena skolastika b’diff erenza għax fi ha l-Gvern kif elenka tajjeb fi l-Baġit li ppreżenta sena ilu, u kif reġa’ tenna fi l-Pre-Budget Document, l-edukazzjoni se tkun qed tieħu rwol kruċjali aktar minn qatt qabel biex dak li l-Gvern qed ipoġġi bħala miri prinċipali fi l-viżjoni ekonomika tiegħu għall-għaxar snin li ġejjin. Sena skolastika li ttenni dak li stqarr ftit tax-xhur ilu l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana, il-pajjiż ma jistax jikkuntenta ruħu biss li jkollu rata baxxa ta’ dawk li jħallu l-iskola kmieni.

“Iż-żgħażagħ jilħqu jaħdmu. Jilħqu jixbgħu. Iż-żgħażagħ għandhom jibqgħu l-iskola.” Ma nistgħu qatt naċċettaw realtà fejn tfal li jagħmlu tlettax-il sena fl -edukazzjoni obbligatorja joħorġu mis-sistema mingħajr il-ħiliet neċessarji fi d-dinja moderna. Sistema edukattiva wkoll li tistimola l-ideat, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-enerġija li għandhom l-istudenti. Sistema edukattiva li tgħallmet mill-pandemija u qed tisfrutta l-opportunitajiet li joff ri t-tagħlim diġitali. Fuq kollox, sistema edukattiva li ma tisħaqx biss fuq il-Malta t’għada imma wisq aktar fuq il-ħtiġiet ta’ Malta tal-lum permezz ta’ upskilling u opportunitajiet oħrajn li jgħinu lill-ħaddiem tal-lum itejjeb l-abbiltajiet tiegħu.

Sena ġdida bi sfi di ġodda, b’miri ġodda. Kollha mmirati lejn l-istess għan: li pajjiżna tassew ikollu sistema edukattiva li timxi pari passu mal-ekonomija ta’ Malta, sistema edukattiva li timxi pari passu mal-isfi di lokali kif ukoll internazzjonali, sistema edukattiva li tassew tikkontribwixxi għal Malta li verament tkun ċentru ta’ eċċellenza.

Ekonomija

Sport