Sa mit-twaqqif tiegħu, iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti ħadem sabiex iħares l-ilsien nazzjonali tagħna. Dak li ġie diskuss fil-Forum Nazzjonali dwar l-ilsien Malti, aktar kmieni din is-sena, ibbażat fuq l-istħarriġ li ċ-Ċentru kkummissjona lill-Professur Vincent Marmarà, inġabar f’pubblikazzjoni li tnediet illum millKap Eżekuttiv taċ-Ċentru, Norma Saliba, waqt attività li saret fl-Esplora, il-Kalkara, fejn saret
preżentazzjoni tal-ewwel sena ta’ ħidma miċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.
Norma Saliba spjegat kif iċ-Ċentru qed jikkollabora ma’ bosta entitajiet pubbliċi u privati, sabiex jinħolqu inizjattivi u proġetti għall-użu korrett tal-ilsien Malti f’materjal stampat u awdjoviżiv, avviżi, tabelli u sinjali f’entitajiet pubbliċi, it-tagħlim tal-Malti lill-ħaddiema barranin, il-ħolqien ta’ korpus għall-iżvilupp ta’ għodod diġitali lingwistiċi bil-Malti, u l-promozzjoni tal-Malti f’attivitajiet kulturali.
Il-ftehimiet li ġew iffirmati fl-istess attività saru ma’ dawn l-entitajiet:
Il-Kunsill Malti għall-Arti
L-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta (MDIA)
Id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI)
L-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità
Xjenza Malta
San Vinċenz De Paul
Iċ-Ċentru qed jappoġġja inizjattivi u proġetti tas-settur privat li għandhom l-għan li jkomplu jżommu lMalti ħaj, fosthom ix-xandir tas-sensiela popolari mat-tfal, Peppa Pig bil-Malti, minn Ottubru li ġej, ittqajjim ta’ kuxjenza dwar l-użu tal-Malti permezz ta’ Malta Daily u s-Servizz Pubbliku, kif ukoll ittnedija ta’ Vajnil, kunċert bil-Malti, li se jservi ta’ pjattaforma għal aspetti kulturali oħrajn Maltin,
fosthom il-poeti Maltin.
Għal li ġej, iċ-Ċentru se jkun qed jaħdem fuq:
Kampanja nazzjonali mat-tfal, il-ġenituri u l-edukaturi dwar it-tagħlim u l-użu tal-Malti; Inkomplu nisħqu fuq l-importanza tal-korsijiet tal-Malti għall-ħaddiema tas-settur pubbliku, fost ilħaddiema barranin impjegati fis-settur pubbliku u privat, kif ukoll materjal bil-Malti għad-dijaspora;
Appoġġ lix-xandara biex jintuża Malti korrett fuq it-TV, radju u online. Norma Saliba qalet illi l-irwol taċ-Ċentru mhux li jitħares il-preżent, iżda li tiġi xprunata l-bidla fil-ħsieb, fil-mentalità u fil-kultura tagħna, u li l-Malti għandu jibqa’ prijorità assoluta.
Irreferiet għal kliem Dun Karm fil-poeżija Għaliex?, fejn kien kiteb dwar kif l-għarfien ta’ ilsna barranin m’għandu qatt ixekkel jew jieħu post il-lingwa Maltija li tagħtina identità, u li l-ħin kollu nużawha biex nikkomunikaw bejnietna.
“Il-Malti jiddependi minn xi kliem jużaw ix-xandara fil-media, l-għalliema fl-iskejjel, in-negozjanti fisservizzi u l-prodotti lill-konsumatur, il-ħaddiema tas-servizz pubbliku fil-mod kif jikkomunikaw maċċittadin, u d-dokumenti uffiċjali li jippubblikaw kważi kuljum … Fuq kollox, id-deċiżjonijiet jiddependu
wkoll minni u minnek – meta nitkellmu bejnietna, meta nibagħtu messaġġi bil-mobile u meta nużaw ilmedia soċjali.” temmet tgħid il-Kap Eżekuttiv taċ-Ċentru tal-Ilsien Malti.
Il-Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, l-Onorevoli Dott. Owen Bonnici, li kien preżenti għal din l-attività qali li: “Permezz tal-ħidma tiegħu, iċ-Ċentru tal-Ilsien Malti jassigura li l-ilsien tagħna mhux biss jinżamm ħaj, iżda wkoll jitkattar u jiġi apprezzat aktar fil-kuntest kulturali u edukattiv. L-isforzi taċ-Ċentru jinkludu l-iżvilupp ta’ riżorsi lingwistiċi u l-promozzjoni ta’ studji u riċerka dwar il-lingwa Maltija”