Saturday, December 20, 2025

Sena u erba’ xhur priġunerija wara li ammettiet li daħħlet id-droga fil-ħabs 

Aqra wkoll

Mara ta’ 38 sena residenti l-Mosta ġiet ikkundannata 16-il xahar ħabs wara li nstabet ħatja li daħħlet id-drgoa fil-ħabs droga għall-maħbub tagħha.

Yanika Zahra kienet mixlija li nhar id-9 ta’ Ġunju 2015, kellha fil-pussess tagħha u ttraffikat l-eroina fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Pulizija bdiet investigazzjoni fuqha wara li kien hemm persuna li tkellmet ma’ gwardjan tal-ħabs u qaltlu li l-mara kellha żżur lill-maħbub tagħha u tgħaddilu xi droga.

Mill-kameras tas-sigurtà tal-ħabs, il-mara ġiet innutata tmiss il-parti privati tagħha imbagħad tgħaddi xi ħaġa lill-maħbub tagħha u huwa poġġieha fil-warrani. Ingħad li meta l-gwardjani avviċinaw lill-priġunier, dan qalilhom li hi kienet għaddietlu xi sustanza, iżda qal li ma kienx jaf x’kienet eżatt. 

Il-gwardjani għamlu rapport lill-Pulizija u minn hemm il-mara ġiet arrestata. Intqal li meta ġiet mitkellma mill-Pulizija, Zahra ammettiet li għaddiet id-droga lill-maħbub tagħha u anke ammettiet li għamlet dan f’żewġ okkażjonijiet oħra.

Wara li semgħet ix-xhieda ta’ gwardjani u pulizija, il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil sabet lil Zahra ħatja u kkundannata 16-il xahar ħabs u mmultata €2,000. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport